It looks like you are using an older version of Internet Explorer which is not supported. We advise that you update your browser to the latest version of Microsoft Edge, or consider using other browsers such as Chrome, Firefox or Safari.

Tagħrif dwar kif tuża l-pinna Cosentyx tal-150 mg SensoReady

Jekk jogħġbok aqra dawn l-istruzzjonijiet KOLLHA qabel l-injezzjoni.
Dawn l-istruzzjonijiet jgħinuk tinjetta l-mediċina sew billi tuża l-pinna Cosentyx SensoReady.
Importanti li ma tippruvax tinjetta lilek innifsek jew lill-persuna li qed tikkuraha sakemm ma tkunx tħarriġt mit-tabib, mill-infermier jew mill-ispiżjar tiegħek.

Istruzzjonijiet dwar il-pinna SensoReady Cosentyx

Irriduk tħossok komdu meta tuża l-pinna SensoReady Cosentyx 150 mg. Ara l-filmat li ħejjejna ta’ hawn taħt li jurik kif l-aħjar li tittaqqab bil-pinna SensoReady Cosentyx 150 mg filwaqt li jfakkrek fl-affarijiet li għandek iżżomm f’moħħok.

Il-Professjonist tal-Kura tas-Saħħa awtorizzat tiegħek għandu jurik kif l-aħjar li tittaqqab bil-pinna SensoReady Cosentyx 150 mg  qabel ma tużaha għall-ewwel darba. Kellem lill-Professjonist tal-Kura tas-Saħħa awtorizzat tiegħek jekk tħossok li ma ngħatajtx biżżejjed tagħrif u/jew taħriġ jew għad fadallek xi mistoqsijiet.

Il-pinna Cosentyx tal-150 mg SensoReady tiegħek

Immaġni tal-prodott ittikkettat għal siringa mimlija għal-lest ta' Cosentyx 150mg (SensoReady) li ssemmi kull komponent tal-prodott

l-pinna Cosentyx tal-150 mg SensoReady murija bl-għatu mneħħi. Tneħħix l-għatu qabel ma tkun lest biex tinjetta l-mediċina.

Aħżen il-kaxxa bil-pinna fi friġġ f’temperatura bejn 2°C u 8°C u tħallihiex fejn jistgħu jilħquha t-tfal.

  • Tiffriżax il-pinna.
  • Tħawwadx il-pinna.
  • Tużax il-pinna jekk twaqqgħet u kienet bla għatu.

Sabiex tinjetta s-soluzzjoni b’aktar kumdità, oħroġ il-pinna mill-friġġ 15-30 minuta qabel l-injezzjoni biex tagħtiha ċans tilħaq it-temperatura tal-kamra.

X’għandek bżonn għall-injezzjoni tiegħek:

Inkluż fil-pakkett:

Pinna Cosentyx tal-150 mg SensoReady ġdida u mhux użata (meħtieġa pinna waħda għal doża ta’ 150 mg u huma meħtieġa 2 pinen għal doża ta’ 300 mg).

Prodott mhux miftuħ ta’ Cosentyx 150mg siringa mimlija għal-lest (SensoReady) bit-tapp fuq

Mhux inklużi fil-pakkett:

  • Tajjara bl-alkoħol.
  • Biċċa tajjara jew garża.
  • Kontenitur li fih jintremgħu oġġetti  bil-ponta jew li jaqtgħu.
Għodod addizzjonali meħtieġa għall-injezzjoni jinkludu, imsaħ antisettiku jew swab bl-alkoħol, tajjar jew garża, Reċipjent li jintremew għal oġġetti li jaqtgħu

Qabel l-injezzjoni:

1.  Aspetti ta’ sigurtà importanti qabel ma tieħu l-injezzjoni:

Il-likwidu għandu jkun ċar. Il-kulur tiegħu jista’ jvarja minn bla kulur għal ħarira fl-isfar.

Immaġni tal-prodott ittikkettat għal siringa mimlija għal-lest ta' Cosentyx 150mg (SensoReady) li turi l-kontrolli tas-sigurtà li għandhom isiru qabel l-użu

Kellem lill-ispiżjar tiegħek jekk il-pinna ma tilħaqx xi wieħed minn dawn l-aspetti ta’ sigurtà.

2a. Agħżel il-post tal-injezzjoni:

  • Il-post irrakkomandat hu l-parti ta’ quddiem tal-koxox. Tista’ tuża wkoll in-naħa ta’ isfel ta’ żaqqek, imma mhux l-erja ta’ 5 ċentimetri madwar iż-żokra.
  • Agħżel post differenti kull darba li tagħti l-injezzjoni lilek innifsek.
  • Tinjettax il-mediċina f’żoni fejn il-ġilda hi sensittiva, imbenġla, ħamra, bil-qxur jew iebsa. Evita żoni b’ċikatrici jew bi stretch marks.
Kontorn ta 'quddiem ta' ġisem maskili mill-għonq sa l-irkopptejn, li jenfasizza l-istonku u l-koxox bi sfumatura griż

2b. Persuni oħrajn u professjonisti fil-qasam mediku biss:

  • Jekk din l-injezzjoni qed tagħtihielek persuna oħra jew professjonist fil-qasam mediku, jistgħu jtaqqbuk ukoll fin-naħa ta’ barra tal-parti ta’ fuq ta’ dirgħajk.
Kontorn tad-dahar ta 'ġisem maskili mill-għonq sa l-irkopptejn, li jenfasizza l-ispallejn

3.  Naddaf il-post tal-injezzjoni:

  • Aħsel idejk bis-sapun u l-ilma sħun.
  • Naddaf il-post tal-injezzjoni b’tajjara bl-alkoħol permezz ta’ moviment ċirkolari. Ħallih jinxef qabel ma tinjetta l-mediċina.
  • Terġax tmiss il-parti mnaddfa qabel l-injezzjoni.
Imsaħ antisettiku qed jintuża biex tnaddaf il-ġilda 'l fuq mill-irkoppa b'movimenti ċirkolari

L-injezzjoni tiegħek:

 4.  Neħħi l-għatu:

  • Neħħi l-għatu biss meta tkun lest biex tuża l-pinna.
  • Neħħi l-għatu billi ddawwar fid-direzzjoni tal-vleġeġ.
  • Ġaladarba taqla’ l-għatu, armih. Tippruvax twaħħal l-għatu mill- ġdid.
  • Uża l-pinna fi żmien 5 minuti minn meta tneħħi l-għatu.
L-għatu fuq il-prodott qed jitneħħa fid-direzzjoni murija minn vleġġa

5.  Kif iżżomm il-pinna tiegħek:

  • Żomm il-pinna f’angolu ta’ 90 grad mal-post imnaddaf fejn se tagħti l-injezzjoni.
Il-prodott huwa sospiż f'angolu ta' 90 grad u diversi pulzieri 'l fuq mill-ġilda qabel l-injezzjoni
L-angolu korrett u mhux korrett għall-injezzjoni jiġi viżwalizzat b'qurdien u salib
Warning sign

TRID TAQRA DAN QABEL L-INJEZZJONI. 

Waqt l-injezzjoni se tisma’ 2 ħsejjes ifaqqgħu. 
L-ewwel ħoss juri li l-injezzjoni bdiet. Bosta sekondi wara se tisma’ t-tieni ħoss li jurik li l-injezzjoni kważi lesta.
Għandek tibqa żżomm il-pinna sew mal-ġilda tiegħek sakemm tara indikatur aħdar jimla t-tieqa u jieqaf jiċċaqlaq.

 6.  Kif tibda l-injezzjoni:

  • Agħfas il-pinna sew mal-ġilda sabiex tibda l-injezzjoni.
  • L-ewwel ħoss juri li l-injezzjoni bdiet.
  • Ibqa’ żomm il-pinna sew mal-ġilda tiegħek.
  • L-indikatur l-aħdar juri l-progress tal-injezzjoni.
Il-prodott jiddaħħal fil-ġilda murija bi vleġġa li tħares 'l isfel

7.  Kif tintemm l-injezzjoni:

  • Isma’ t-tieni ħoss. Dan juri li l-injezzjoni kważi lesta.
  • Iċċekkja li l-indikatur l-aħdar mela t-tieqa u waqaf jiċċaqlaq.
  • Il-pinna issa tista’ titneħħa.
Il-prodott iddaħħal fil-ġilda u ċirku aħdar bit-tikek jenfasizza ż-żona fejn tieqa fuq il-pinna timtela ħadra meta tiddaħħal b'suċċess

Wara l-injezzjoni:

8.  Iċċekkja li l-indikatur l-aħdar jimla t-tieqa:

  • Dan ifisser li l-mediċina ingħatat. Kellem lit-tabib tiegħek jekk l-indikatur aħdar ma jidhirx.
  • Jista’ jkun hemm ammont żgħir ta’ demm fil-post fejn ingħatajt l-injezzjoni. Tista’ tagħfas biċċa tajjara jew garża fuq il-post tal-injezzjoni u żommha għal 10 sekondi. Togħrokx il-post fejn ittaqqabt. Tista’ tgħatti l-post fejn ittaqqabt bi stikk żgħir, jekk hemm bżonn.
Il-pinna titneħħa mill-ġilda biex turi li t-tieqa hija mimlija għal kollox aħdar

9.  Kif tarmi l-pinna Cosentyx SensoReady tiegħek:

  • Armi l-pinna użata f’kontenitur li fih jintremgħu oġġetti bil-ponta jew li jaqtgħu (jiġifieri kontenitur magħluq li ma jittaqqabx, jew simili).
  • Qatt m’għandek terġa’ tuża l-pinna.
Pinna titqiegħed f'kontenitur għal oġġetti li jaqtgħu għar-rimi wara l-użu