1. Aċċettazzjoni
L-aċċess tiegħek u l-użu ta’ dan is-Sit huwa soġġett għat-termini u l-kundizzjonijiet li ġejjin u l-liġijiet kollha applikabbli. Jekk taċċessa u tibbrawżja [www.cosentyx.eu] (li minn hawn ’il quddiem issir referenza għalih bħala “dan is-Sit”), inti taċċetta, mingħajr limitazzjoni jew kwalifikazzjoni, dawn it-Termini u l-Kundizzjonijiet u tirrikonoxxi li kull ftehim ieħor dwar l-użu ta’ dan is-Sit bejnek u Novartis Pharma AG huma ssuperati u mhumiex infurzabbli jew effettivi.
2. Informazzjoni/kundizzjonijiet mediċi
L-informazzjoni tal-prodotti fuq dan is-sit web hija pprovduta minn Novartis Pharma AG u hija maħsuba għal skopijiet ta’ informazzjoni ġenerali biss u m’għandhiex tissostitwixxi parir mediku professjonali. Ħafna prodotti farmaċewtiċi u apparati mediċi elenkati huma disponibbli biss b’riċetta minn tabib jew professjonist mediku kwalifikat, u jista’ jkun li mhux il-prodotti kollha bħal dawn ikunu disponibbli fil-pajjiżi kollha. L-informazzjoni tal-prodotti mhix maħsuba biex tipprovdi informazzjoni medika kompluta. Jekk ikollok kundizzjoni medika, ara tabib mediku jew professjonist tal-kura tas-saħħa minnufih. Aħna ma noffrux kwalunkwe dijanjożi medika personalizzata jew parir dwar trattamenti speċifiċi għall-pazjent. Inti dejjem għandek tikseb informazzjoni medika kompluta dwar mediċini bir-riċetti jew apparati mediċi (inkluż l-użi mediċi ta’ benefiċċju u l-effetti avversi possibbli tagħhom) billi tiddiskuti l-użu xieraq ta’ kwalunkwe mediċina/i jew apparati mediċi direttament mat-tabib li jippreskrivi jew, fejn xieraq, konsulent mediku ieħor. Professjonisti mediċi jistgħu jiksbu informazzjoni medika kompluta mill-fuljett ta’ tagħrif tal-prodott. L-informazzjoni dwar dawn il-prodotti tista’ tvarja minn pajjiż għal ieħor. Pazjenti, tobba, u professjonisti mediċi oħra għandhom jikkonsultaw mar-riżorsi mediċi lokali u l-awtoritajiet regolatorji għall-informazzjoni xierqa għall-pajjiż tagħhom. Barra dan, ir-regolamenti kurrenti f’ħafna pajjiżi jillimitaw (jew jipprojbixxu f’xi każijiet) l-abilità ta’ Novartis Pharma AG li tipprovdi informazzjoni u/jew li twieġeb direttament għall-mistoqsijiet tal-pazjenti dwar il-prodotti bir-riċetta tagħha. Novartis Pharma AG, madankollu, se twieġeb għall-mistoqsijiet minn, u tipprovdi informazzjoni lil, professjonisti tal-kura tas-saħħa kwalifikati skont ir-regolamenti lokali.
3. Użu tal-informazzjoni
Inti tista’ tibbrawżja liberament is-Sit, iżda tista’ biss taċċessa, tniżżel jew tuża l-informazzjoni minn dan is-Sit, inkluż kwalunkwe test, immaġni, awdjo, u vidjo (l-“Informazzjoni”) għal użu mhux kummerċjali personali tiegħek stess. Inti ma tistax tiddistribwixxi, timmodifika, tittrażmetti, terġa’ tuża, terġa’ tippostja, jew tuża l-Informazzjoni għal skopijiet kummerċjali, mingħajr il-kunsens bil-miktub minn qabel ta’ Novartis Pharma AG. Inti trid iżżomm u tirriproduċi kull avviż dwar drittijiet tal-awtur jew avviż dwar drittijiet proprjetarji oħra li jkun hemm fl-informazzjoni li tniżżel. Inti għandek tassumi li dak kollu li tara jew taqra fuq dan is-Sit huwa kopert mid-drittijiet tal-awtur, sakemm ma jkunx iddikjarat mod ieħor, u ma jistax jintuża ħlief kif ipprovdut f’dawn it-Termini u l-Kundizzjonijiet jew fit-test fuq is-Sit mingħajr permess bil-miktub minn qabel ta’ Novartis Pharma AG. Ħlief kif inhu permess mod ieħor f’dan il-paragrafu, Novartis Pharma AG la tiggarantixxi u lanqas ma tagħmel rappreżentazzjonijiet li l-użu tiegħek tal-materjali murija fuq is-Sit mhux se jiksru d-drittijiet ta’ partijiet terzi li mhumiex proprjetà ta’ jew affiljati ma’ Novartis Pharma AG. Bl-eċċezzjoni tal-awtorizzazzjoni limitata li ġejja, l-ebda liċenzja għal jew dritt f’din l-Informazzjoni, jew kwalunkwe dritt tal-awtur ta’ Novartis Pharma AG jew ta’ kwalunkwe parti oħra, ma qed tingħata jew tiġi kkonferita lilek.
4. Trademarks/drittijiet proprjetarji
Inti għandek tassumi li l-ismijiet tal-prodotti kollha li jidhru fuq dan is-Sit, kemm jekk jidhru jew ma jidhrux fi stampar kbir, ittri korsivi jew bis-simbolu tat-trademark huma trademarks ta’ Novartis. Dan is-Sit jista’ jkun fih jew jagħmel referenza ukoll għal privattivi, informazzjoni proprjetarja, teknoloġiji, prodotti, proċessi jew drittijiet proprjetarji oħra ta’ Novartis Pharma AG u/jew partijiet oħra. Ebda liċenzja għal jew dritt fi kwalunkwe trademark, privattivi, sigrieti kummerċjali, teknoloġiji, prodotti, proċessi u drittijiet proprjetarji oħra ta’ Novartis Pharma AG u/jew partijiet oħra ma qed jingħataw lilek jew jiġu kkonferiti fuqek. L-ismijiet tal-prodotti kollha ppubblikati f’ittri korsivi fuq dan is-Sit huma trademarks li huma proprjetà ta’ jew liċenzjati lill-Novartis Group.
5. Ċaħda ta’ responsabbiltà tal-garanziji
Filwaqt li Novartis Pharma AG tuża sforzi raġonevoli biex tiżgura li l-Informazzjoni hija preċiża u aġġornata, l-Informazzjoni jista’ jkun fiha ineżattezzi jew żbalji tipografiċi, jew tista’ tkun teħtieġ aġġornament. Novartis Pharma AG tirriserva d-dritt li timmodifika, tikkoreġi u/jew ittejjeb l-informazzjoni, u l-prodotti u l-programmi deskritti f’informazzjoni bħal din, fi kwalunkwe ħin u mingħajr preavviż. Novartis Pharma AG ma tagħti l-ebda garanzija jew ma tagħmel l-ebda rappreżentazzjoni dwar il-preċiżjoni ta’ kwalunkwe parti mill-Informazzjoni. Novartis Pharma AG ma tassumi l-ebda obbligazzjoni jew responsabbiltà għal kwalunkwe żbalji jew ommissjonijiet fil-kontenut tas-Sit. L-informazzjoni kollha hija pprovduta “kif inhi”. Novartis ma tipprovdi l-ebda garanzija dwar il-kompletezza jew l-akkuratezza tal-informazzjoni fuq dan is-Sit jew l-użi li jistgħu jsiru minnha. Bħala konsegwenza,, l-informazzjoni għandha tiġi evalwata b’attenzjoni mill-viżitaturi tas-sit. La Novartis AG, u lanqas kwalunkwe Kumpanija oħra ta’ Novartis Group, jew kwalunkwe parti oħra involuta fil-ħolqien, il-produzzjoni jew il-kunsinna ta’ dan is-Sit lilek m’għandhom ikunu responsabbli għal kwalunkwe ħsara diretta, inċidentali, konsegwenzjali, indiretta jew punittiva li tirriżulta mill-aċċess għal, l-użu ta’ jew l-inabilità ta’ użu ta’ dan is-sit, jew kwalunkwe żball jew ommissjoni fil-kontenut ta’ dan is-Sit. Xi ġurisdizzjonijiet ma jippermettux l-esklużjoni ta’ garanziji impliċiti, b’hekk l-esklużjoni t’hawn fuq tista’ ma tapplikax għalik. Novartis Pharma AG ma tassumi wkoll l-ebda responsabbiltà, u mhux se tkun obbligata għal, kwalunkwe danni lil, jew viruses, spyware jew adware li jistgħu jinfettaw it-tagħmir informatiku tiegħek jew kwalunkwe proprjetà minħabba l-aċċess tiegħek għal, jew l-użu tal-Informazzjoni. Novartis Pharma AG tirriserva d-dritt li ma tkomplix b’dan is-Sit fi kwalunkwe ħin mingħajr preavviż u mingħajr obbligu.
6. L-informazzjoni li tagħtina
Ħlief għall-informazzjoni koperta mill-Politika dwar il-Privatezza tagħna, kwalunkwe komunikazzjoni jew materjal li inti tittrażmetti lis-Sit permezz ta’ posta elettronika jew mod ieħor, inkluż kwalunkwe data, mistoqsijiet, kummenti, suġġerimenti jew simili hija, u se tiġi ttrattata bħala, mhux kunfidenzjali u mhux proprjetarja. Kull ħaġa li inti tittrażmetti jew tippostja ssir il-proprjetà ta’ Novartis Pharma AG jew l-affiljati tagħha u tista’ tintuża għal kwalunkwe skop, inkluż iżda mhux limitat għal, ir-riproduzzjoni, l-iżvelar, it-trażmissjoni, il-pubblikazzjoni, ix-xandir u l-ippostjar. Barra dan, Novartis Pharma AG hija libera li tuża, mingħajr kumpens għalik, kwalunkwe idea, kunċetti, għarfien, jew tekniki li jkun hemm fi kwalunkwe komunikazzjoni li inti tibgħat lis-Sit għal kwalunkwe skop inkluż, iżda mhux limitat għal, l-iżvilupp, il-manifattura u l-marketing ta’ prodotti li jużaw tali informazzjoni.
Novartis Pharma AG tagħmel ħilitha biex tipproċessa d-data kollha personali skont il-Politika dwar il-Privatezza ta’ Novartis (https://www.novartis.com/sites/novartis_com/files/novartis-data-privacy-principles.pdf).
7. Prodotti mad-dinja kollha
Dan is-Sit jista’ jkun fih informazzjoni dwar prodotti u servizzi mad-dinja kollha, li mhux kollha se jkunu disponibbli f’kull post. Referenza għal prodott jew servizz fuq dan is-Sit ma tfissirx li tali prodott jew servizz huwa jew jista’ jkun disponibbli fil-lokazzjoni tiegħek. Il-prodotti li ssir referenza għalihom fuq dan is-Sit jistgħu jkunu soġġetti għal rekwiżiti regolatorji differenti skont il-pajjiż tal-użu. Għaldaqstant, il-viżitaturi jistgħu jiġu nnotifikati li ċerti taqsimiet ta’ dan is-Sit huma maħsuba biss għal ċerti tipi ta’ utenti esperti jew biss għal udjenzi f’ċerti pajjiżi. Inti ma għandekx tinterpreta kull ħaġa fuq dan is-Sit bħala promozzjoni jew reklam għal kwalunkwe prodott jew għall-użu ta’ kwalunkwe prodott li mhuwiex awtorizzat mil-liġijiet u r-regolamenti tal-pajjiż ta’ residenza tiegħek.
8. Ċaħda ta’ responsabbiltà
Xejn fuq dan is-Sit ma jikkostitwixxi stedina jew offerta biex tinvesti jew tinnegozja fit-titoli jew Riċevuti Depożitarji Amerikani ta’ Novartis. B’mod partikolari, ir-riżultati u l-iżviluppi reali jistgħu jkunu materjalment differenti minn kwalunkwe tbassir, opinjoni jew aspettattiva espressa fuq dan is-Sit u wieħed m’għandux jistrieħ fuq il-prestazzjoni tal-passat tal-prezz tat-titoli bħala gwida għall-prestazzjoni futura tagħhom.
9. Links għal dan is-sit
Novartis Pharma AG ma rrevediet l-ebda sit web ta’ partijiet terzi jew is-siti web kollha li fihom links għal dan is-Sit u mhix responsabbli għall-kontenut ta’ kwalunkwe paġna li ma tinstabx fis-sit bħal din jew kwalunkwe sit web ieħor li fih link għas-Sit. Jekk tixtieq tagħmel link fis-sit web tiegħek għal dan is-Sit, tista’ tagħmel link biss mal-paġna ewlenija. Ma tistax tagħmel link għal kwalunkwe paġna oħra f’dan is-Sit mingħajr il-kunsens bil-miktub minn qabel ta’ Novartis Pharma AG. Iċ-ċitazzjoni jew l-użu ta’ porzjon jew iktar ta’ dan is-Sit fis-sit ta’ kwalunkwe parti terza mingħajr il-kunsens bil-miktub huma pprojbiti wkoll.
10. Links għal siti oħrajn
Links għal siti ta’ partijiet terzi jistgħu jiġu pprovduti għall-interess jew il-konvenjenza tal-viżitaturi ta’ dan is-Sit. Aħna se nagħmlu ħilitna biex ninfurmawk meta inti tkun ħiereġ minn dan is-Sit li t-termini tal-użu u l-politika dwar il-privatezza tas-sit tal-parti terza jistgħu jkunu differenti. Madankollu, Novartis Pharma AG ma taċċetta l-ebda responsabbiltà għal-links minnha għal oħrajn, u b’mod partikolari aħna m’aħniex responsabbli għall-akkuratezza jew il-legalità tal-kontenut tagħhom. Aħna ma naċċettaw l-ebda obbligazzjoni li tiġi minn ksur jew ommissjoni fil-politiki dwar il-privatezza ta’ partijiet terzi.
11. Ippostjar fuq dan is-sit
Għalkemm Novartis Pharma AG tista’ minn żmien għal żmien timmonitorja jew tirrevedi diskussjonijiet, chats, kontenut ippostjat, trażmissjonijiet, bords tal-messaġġi, u simili fuq is-Sit, Novartis Pharma AG mhi taħt l-ebda obbligu li tagħmel hekk u ma tassumi l-ebda responsabbiltà jew obbligu li jqumu mill-kontenut ta’ postijiet bħal dawn jew għal kwalunkwe żball, defamazzjoni, libell, malafama, ommissjoni, falsifikazzjoni, materjali promozzjonali, oxxenitajiet, pornografija, profanità, periklu, divulgazzjoni tal-privatezza jew inakkuratezza li jkun hemm fi kwalunkwe informazzjoni f’postijiet bħal dawn fuq is-Sit. Inti pprojbit milli tippostja jew tittrażmetti kwalunkwe materjal illegali, promozzjonali, ta’ theddida, libelluż, defamatorju, oxxen, skandaluż, infamatorju, pornografiku, jew profan jew kwalunkwe materjal li jista’ jikkostitwixxi jew iħeġġeġ kondotta li titqies reat kriminali, toħloq responsabbiltà ċivili, jew tikser kwalunkwe liġi f’xi mod. Novartis Pharma AG se tikkopera bis-sħiħ ma’ kwalunkwe awtorità tal-infurzar tal-liġi jew ordni tal-qorti li titlob jew hija diretta lejn Novartis Pharma AG biex tiżvela l-identità ta’ kwalunkwe persuna li tippostja kwalunkwe informazzjoni jew materjali bħal dawn.
12. Konsegwenzi
Jekk insiru nafu li inti tkun ksirt kwalunkwe mit-termini u l-kundizzjonijiet li jinsabu f’din id-Dikjarazzjoni Legali, aħna minnufih nistgħu nieħdu azzjoni korrettiva jew rimedju b’mandat ta’ inibizzjoni, skont in-natura tal-ksur, inkluż li nipprevjenu l-utent milli juża s-servizzi offruti minn Novartis Pharma AG u nneħħu kwalunkwe informazzjoni, data u kontenut li jkun tpoġġa fuq is-Sit mill-utent, fi kwalunkwe mument u mingħajr preavviż. Jekk aħna nsofru dannu minħabba l-ksur tiegħek, aħna nistgħu, għad-diskrezzjoni unika tagħna, infittxu li nirkupraw id-danni mingħandek.
13. Reviżjonijiet
Novartis Pharma AG tista’ fi kwalunkwe ħin tirrevedi dawn it-Termini u l-Kundizzjonijiet billi taġġorna din il-post. Inti marbut minn kwalunkwe reviżjoni bħal din u għalhekk għandek iżżur perjodikament din il-paġna biex tirrevedi t-Termini u l-Kundizzjonijiet kurrenti li inti marbut bihom.