Dikjarazzjoni ta’ Privatezza
Novartis Pharma AG, bħala kontrollur tad-data, hija responsabbli għall-ipproċessar tal-informazzjoni fuq dan is-sit web u/jew għall-iskopijiet deskritti f’din id-Dikjarazzjoni ta’ Privatezza. F’din id-Dikjarazzjoni ta’ Privatezza, “Novartis” u “aħna” jirreferu għal Novartis Pharma AG.
Jekk jogħġbok aqra sew din id-Dikjarazzjoni ta’ Privatezza, li tiddeskrivi l-modi li fihom niġbru l-informazzjoni dwar l-individwi (“Data Personali”), kif inżommu u nużaw id-Data Personali u kif nirrispettaw id-drittijiet ta’ privatezza.
Aħna nistgħu nibdlu jew naġġornaw din id-Dikjarazzjoni ta’ Privatezza minn żmien għal żmien billi npoġġu Dikjarazzjoni ta’ Privatezza ġdida fuq dan is-sit web.
Liema Data Personali nipproċessaw u għal liema skopijiet?
Is-sit ma jeħtieġx kwalunkwe forma ta’ reġistrazzjoni, li jħallik iżżuru mingħajr ma tgħidilna min inti.
Jekk tikkuntattjana u tipprovdi volontarjament id-Data Personali tiegħek, aħna se nużaw id-Data Personali tiegħek biex inwieġbu għall-mistoqsijiet tiegħek.
Aħna nistgħu nużaw ukoll id-Data Personali:
- jekk aħna nkunu meħtieġa nagħmlu hekk minħabba kwalunkwe liġi applikabbli, talbiet mill-awtoritajiet pubbliċi u tal-gvern (inkluż ordni tal-qorti, ċitazzjoni, jew regolament tal-gvern), anke barra mill-pajjiż ta’ residenza tiegħek;
- sabiex nimmonitorjaw is-sikurezza tal-prodotti mediċinali u l-apparati mediċi, inwieġbu għal mistoqsijiet għal informazzjoni medika, u biex inwieġbu għal ilmenti dwar il-kwalità;
- jekk inkunu neħtieġu ninfurzaw it-termini u l-kundizzjonijiet tagħna;
- meta nemmnu, in bona fide, li l-użu tad-Data Personali hija meħtieġa biex jiġu protetti d-drittijiet legali, is-sigurtà jew l-integrità ta’ dan is-sit web;
- sabiex nipproteġu s-sikurezza tiegħek jew tal-oħrajn;
- bħala parti minn kwalunkwe investigazzjoni jew proċedimenti kriminali jew legali oħra fil-pajjiż tiegħek jew f’pajjiżi oħrajn; jew
- sal-punt raġonevolment meħtieġ għall-iżvilupp ta’ jew biex nipproċedu bin-negozjar jew l-ikkompletar ta’ tranżazzjoni korporattiva jew kummerċjali.
Meta u lil min niżvelaw l-informazzjoni tiegħek?
Aħna nistgħu naqsmu d-Data Personali ma’ sussidjarji oħra u affiljati a’ Novartis madwar id-dinja.
Aħna nistgħu nittrasferixxu d-Data Personali lil partijiet terzi li jaġixxu f’isimna, għal ipproċessar ulterjuri skont l-iskop(ijiet) li għalih(om) id-data tkun inġabretoriġinarjament jew tista’ tiġi pproċessata legalment b’mod ieħor, bħall-evalwazzjoni tal-utilità ta’ dan is-sit web, il-ġestjoni tad-data, jew appoġġ tekniku. Dawn il-partijiet terzi kkuntrattaw magħna biex jużaw id-Data Personali biss għall-iskop li sar qbil fuqu, u mhux biex ibiegħu d-Data Personali lil partijiet terzi, u mhux biex jiżvelawha lil partijiet terzi ħlief kif jista’ jkun permess minna, kif meħtieġ mil-liġi, jew kif iddikjarat f’din id-Dikjarazzjoni ta’ Privatezza.
Aħna nistgħu niżvelaw id-Data Personali lil parti terza fil-każ li n-negozju jew parti minnu u d-data konnessa miegħu jiġu mibjugħa, assenjati jew ittrasferiti, f’liema każ aħna se neħtieġu li x-xerrej, l-assenjat jew il-benefiċjarju jittrattaw id-Data Personali skont din id-Dikjarazzjoni ta’ Privatezza.
Aħna nistgħu niżvelaw ukoll id-Data Personali lil parti terza jekk inkunu meħtieġa nagħmlu hekk minħabba xi liġi applikabbli, talbiet mill-awtoritajiet pubbliċi u tal-gvern (inkluż ordni mill-qorti, ċitazzjoni, jew regolament tal-gvern), anke barra mill-pajjiż ta’ residenza tiegħek; jekk neħtieġu ninfurzaw it-termini u l-kundizzjonijiet tagħna; meta nemmnu in bona fede li l-iżvelar huwa meħtieġ biex jiġu protetti d-drittijiet legali, is-sigurtà jew l-integrità ta’ dan is-sit web; sabiex nipproteġu s-sikurezza tiegħek jew tal-oħrajn; bħala parti minn kwalunkwe investigazzjoni jew proċedimenti kriminali jew legali oħrajn fil-pajjiż tiegħek jew f’pajjiżi oħrajn; jew sal-punt raġonevolment meħtieġ għall-iżvilupp ta’ jew biex nipproċedu fin-negozjar jew l-ikkompletar ta’ tranżazzjoni korporattiva jew kummerċjali.
Id-Data Personali tista’ tiġi pproċessata, aċċessata, jew maħżuna f’pajjiżi barra mill-Iżvizzera. Pajjiżi bħal dawn jistgħu joffru livell differenti ta’ protezzjoni tad-data personali. Jekk nittrasferixxu d-Data Personali lil kumpaniji esterni f’ġurisdizzjonijiet oħra, aħna se niżguraw li nipproteġu d-Data Personali billi napplikaw il-livell ta’ protezzjoni meħtieġ taħt il-liġijiet applikabbli dwar il-privatezza tad-data. Għat-trasferimenti tad-Data Personali fost is-sussidjarji u l-affiljati ta’ Novartis, Novartis adottat ir-Regoli Korporattivi Vinkolanti, sistema ta’ prinċipji, regoli u għodod, awtorizzata mid-dritt tal-Unjoni, sabiex tirregola t-trasferiment tad-data personali barra miż-ŻEE u l-Iżvizzera. Aqra aktar dwar ir-Regoli Korporattivi Vinkolanti ta’ Novartis hawn taħt.
Kif nipproteġu d-Data Personali?
Aħna nużaw salvagwardji tekniċi, amministrattivi u fiżiċi xierqa biex nipproteġu l-informazzjoni miġbura permezz ta’ dan is-sit web. Sfortunatament, l-ebda organizzazzjoni ma tista’ tiggarantixxi s-sigurtà assoluta tal-informazzjoni, b’mod speċjali l-informazzjoni trażmessa fuq l-internet.
Għal kemm żmien naħżnu d-Data Personali?
Aħna se nżommu d-Data Personali biss għaż-żmien meħtieġ biex nissodisfaw l-iskop li għalih tkun inġabret jew biex nikkonformaw mar-rekwiżiti legali jew regolatorji.
X’inhuma d-drittijiet tiegħek u kif tista’ teżerċitahom?
Kull meta nipproċessaw id-Data Personali, aħna se nieħdu l-passi raġonevoli biex inżommu d-Data Personali preċiża u aġġornata għall-iskopijiet li għalihom tkun inġabret. Aħna se nipprovduk bl-abilità li teżerċita d-drittijiet li ġejjin taħt il-kundizzjonijiet u fil-limiti stabbiliti fil-liġi.
Jekk inti tixtieq tikkuntattjana dwar l-użu tad-Data Personali tiegħek jew jekk tixtieq toġġezzjona bis-sħiħ jew għal parti mill-ipproċessar tad-Data Personali tiegħek, jekk jogħġbok ikkuntattjana. Jekk inti tajt kunsens, inti tista’ tirtirah. Inti tista’ titlob ukoll, soġġett għall-obbligi ta’ kunfidenzjalità, li:
- taċċessa d-Data Personali tiegħek kif inhi pproċessata minnha;
- titlob korrezzjoni jew tħassir tad-Data Personali tiegħek; u
- titlob portabbiltà, fejn applikabbli, tad-Data Personali tiegħek, jiġifieri li d-Data Personali li tajtna, tiġi ritornata lilek jew ittrasferita lil persuna tal-għażla tiegħek, f’format strutturat, użat komunement u li jinqara minn magna.
Ikkuntattjana
Jekk tixtieq tikkuntattjana dwar il-mod kif nużaw id-data personali tiegħek jew jekk tixtieq teżerċita d-drittijiet ta’ privatezza tad-data tiegħek, jekk jogħġbok ibgħatilna email fuq [email protected] jew iktbilna fuq: Novartis Pharma AG, Global Privacy Office, Fabrikstrasse 18, 4056 Basel, Switzerland.
Sabiex inkunu nistgħu nwieġbu fl-aktar mod effiċjenti, jekk jogħġbok ipprovdi l-informazzjoni li ġejja:
- L-isem tas-sit web li qed tirreferi għalih
- Ir-relazzjoni u l-interazzjoni tiegħek magħna
- Id-deskrizzjoni tal-informazzjoni li tixtieq tirċievi mingħandna
Cookies
Cookies huma files b’test żgħar li jintbagħtu lill-kompjuter tiegħek meta inti żżur sit web. Il-cookies fuq is-siti web tal-kumpanija ta’ Novartis Group jagħmlu ħafna affarijiet, bħal iħalluk tinnaviga bejn il-paġni f’mod effiċjenti, taħżen il-preferenzi tiegħek u ġeneralment itejbu l-esperjenza tiegħek ta’ sit web.
Id-Direttiva tal-UE 2009/136/KE tgħid li aħna nistgħu naħżnu cookies fuq il-magna tiegħek jekk ikunu essenzjali għall-operat ta’ dan is-sit, iżda li għall-oħrajn kollha neħtieġu permess biex nagħmlu dan.
Is-siti ta’ Novartis jistgħu jużaw xi cookies mhux essenzjali. Aħna ma nagħmlu dan biex nittraċċaw utenti individwali jew biex nidentifikawhom, iżda biex niksbu għarfien utli dwar kif is-siti jintużaw sabiex inkunu nistgħu nkomplu ntejbuhom għall-utenti tagħna. Mingħajr l-għarfien li niksbu mis-sistemi li jużaw dawn il-cookies, ma nkunux nistgħu nipprovdu s-servizz li nagħmlu.
Ir-Regoli Korporattivi Vinkolanti
L-użu responsabbli tad-Data Personali huwa valur ewlieni f’Novartis.
Novartis adottat ir-Regoli Korporattivi Vinkolanti (BCR, Binding Corporate Rules), sett ta’ prinċipji li jikkontrollaw it-trasferiment internazzjonali tal-informazzjoni personali tal-assoċjati, il-klijenti, is-sħab tan-negozju ta’ Novartis u individwi oħra li d-data tagħhom tinġabar jew tiġi pproċessata fl-UE u fl-Iżvizzera. L-approvazzjoni mill-Aġenziji tal-Protezzjoni tad-Data taż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) u r-rikonoxximent tal-Awtorità Żvizzera għall-Protezzjoni tad-Data jippermettu lil Novartis titrasferixxi d-Data Personali tiegħek mill-UE u l-Iżvizzera lill-affiljati ta’ Novartis f’pajjiżi oħra f’konformità mal-liġijiet dwar il-protezzjoni tad-data tal-UE u l-Iżvizzera.
Il-kumpaniji ta’ Novartis li jittrasferixxu d-Data Personali tiegħek mill-UE jew mill-Iżvizzera għal pajjiżi oħra għandhom jikkonformaw mal-liġijiet applikabbli, il-politiki ta’ Novartis u l-BCR. B’mod partikolari, dawn il-kumpaniji sejrin:
- Jiġbru u jipproċessaw id-Data Personali tiegħek b’mezzi ġusti u legali;
- Jipproċessaw id-Data Personali tiegħek biss għal skopijiet speċifiċi u leġittimi;
- Fejn meħtieġ mil-liġijiet lokali, jinfurmawk dwar it-trasferiment tad-Data Personali tiegħek u, fejn xieraq, jiksbu l-kunsens tiegħek;
- Iżommu d-Data Personali tiegħek akkurata, kompluta u, fejn meħtieġ, aġġornata;
- Iżommu d-Data Personali tiegħek biss għaż-żmien meħtieġ, sakemm ma jkunux meħtieġa jew permessi mil-liġi perjodi ta’ żamma itwal jew iqsar; u
- Iżommu d-Data Personali tiegħek kunfidenzjali u jieħdu l-miżuri ta’ sigurtà xierqa u raġonevoli biex jipproteġuha kontra aċċess mhux awtorizzat, telf jew ħsara aċċidentali, użu ħażin u modifika u tħassir mhux awtorizzati.
Effettivi: [Novembru] 2021